Is-Slaten Maġi jaslu Malta bil-VIP

Din it-tradizzjoni ilha ssir għal diversi snin u din is-sena, is-Slaten Maġi telqu minnn Tel Aviv fi triqithom lejn Betlehem f’Għajnsielem

It-Tliet Slaten Maġi waslu Malta komdi komdi fuq titjira tal-Air Malta fi triqithom lejn Betlehem f'Għajnsielem biex nhar il-Ħadd jinżel is-separju fuq l-edizzjoni ta' din is-sena.

Din it-tradizzjoni ilha ssir għal diversi snin u din is-sena, is-Slaten Maġi telqu minn Tel Aviv.

Din is-sena, il-vjaġġ beda minn Pjazza Manger Betlehem fejn intlaqgħu ma' għadd ta’ tfal Palestinjani fiċ-Ċentru Internazzjonali għall-Paċi.

Minn hemm telqu lejn id-deżert, fejn id-delegazzjoni Maltija ġiet milqugħa mill-Ministru għat-Turiżmu Palestinjana Rula Ma’ayah.

Għada, il-Maġi se jkunu l-Belt u jitilqu lejn il-Ħamrun u l-Mosta biex il-Ħadd, għall-ħabta tas-7.30am jitilqu mill-Mosta lejn il-Mellieħa fejn isiru diversi waqfiet qabel jaqbdu l-vapur għal Għawdex u jibqgħu sejrin f’Betlehem f’Għajnsielem.

Il-Ħadd, Betlehem f'Għajnsielen jiftaħn mis-2pm sat-8pm.

More in Socjali