Ritratti | L-imħabba, l-ħajja u d-diversità fil-Belt Valletta

Il-parata saret ftit jiem wara li daħlet fis-seħħ il-liġi tal-Ugwaljanza fiż-Żwieġ

L-imħabba, l-ħajja u d-diversità kienet it-tema tal-Gay Pride ta’ din is-sena li ttellgħet ftit jiem wara li daħlet fis-seħħ il-liġi tal-Ugwaljanza fiż-Żwieġ. Il-parata li bdiet fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta fakkret din il-kisba għall-komunità omosesswali, hekk kif Malta issa huwa l-aktar pajjiż LBTIQ friendly fl-Ewropa.

Għall-Gay Pride, li din is-sena saret f’Settembru u mhux f’Ġunju minħabba l-elezzjoni ġenerali, attendew fost l-oħrajn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Apparti l-brijju u l-kuluri tal-qawsalla ħadu sehem ukoll numru artisti, żeffiena u DJs kemm lokali kif ukoll internazzjonali u nfetħet ukoll bandiera tal-qawsalla kbira.

More in Socjali