Razzett tas-seklu 17 magħruf bħala r-Razzett tal-Għorof fil-Buskett, se jiġi mibdul f'ċentru ta' interpretazzjoni edukattiva, wara li l-Kummissjoni tal-Ippjanar approvat il-permess.
Il-permess jippermetti li jkun hemm alterazzjonijiet tal-istruttura, flimkien ma' bini ta' faċilitajiet fl-intern tas-sit.
Minbarra dan, il-Kummissjoni tat permess ukoll sabiex jiġi żviluppat l-ispazju ta' quddiem il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġwann. F'dan l-ispazju għandha tinbena faċilità li tinkludi uffiċini għall-kunsilli lokali, tisbieħ tal-ġnien pubbliku eżistenti u multi-purpose hall, play area għat-tfal, rikostruzzjoni tal-klabb tal-boċċi, u latrini fost faċilitajiet oħra.