Wara 16-il sena jiltaqgħu u jsellmu s-sena bil-bandiera Maltija

Kienu l-iskola flimkien...illum mifrudin...iżda l-bandiera Maltija tgħaqqadhom

Jiltaqgħu wara 16-il sena fil-Ġappun

 

 

Żewġ żgħażagħ li kienu jattendu l-iskola San Anton 16-il sena ilu reġgħu ltaqgħu meta Robert Mercieca kkuntattja lil Damian Busuttil li jgħix Sapporo u qatta 10 ijiem il-Ġappun fejn anke sabu l-ħin li jitilgħu fuq waħda mill-muntanji u jpoġġu l-bandiera Maltija tperper u ssellem l-aħħar tas-sena 2016 u tilqa s-sena 2017 mill-Ġappun. Għax il-bandiera Maltija hi dik li tgħaqqad ġens ikunu fejn  ikunu.

Robert Mercieca hu żagħżugħ avventuruż u bħalissa qed idur madwar il-5 kontinenti, din kienet waħda mit-tappi tiegħu. Damian Busuttil ilu jgħix il-Ġappun għal dawn l-aħħar 11-il sena iżda l-bandiera Maltija ma jiċħadha qatt skont hu u dak li jtella regolarment fuq il-facebook tiegħu.

More in Socjali