39 mill-mewt ta' Karin Grech

Kieku għadha ħajja, Karin għandha 54 sena

Kien it-28 ta' Diċembru ta' 39 sena ilu meta ntemmet ħesrem il-ħajja tat-tfajla Karin Grech, li kien għad kellha 15-il sena.

Fl-1977, Karin kienet tinsab fid-dar tal-ġenituri tagħha meta rċevew pakkett indirizzat lil missierha, il-Professur Edwin Grech, li fetħitu minħabba li ħasbet li dan kien rigal tal-Milied. Il-pakkett irriżulta li kien fil-fatt, pakkett bomba li ħasad il-ħajja ta' din iż-żagħżugħa li mietet ftit ħin wara li waslet l-isptar, minħabba l-ġrieħi li kienet ġarrbet. Il-każ kien seħħ fi żmien ta' tensjoni politika meta kien għaddej strajk mit-tobba, u li minħabba f'hekk, missier Karin kien irritorna Malta mill-Ingilterra biex jagħti sehmu f'dan il-qasam. Kieku Karin kienet għadha ħajja, illum il-ġurnata kien ikollha 54 sena.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat attenda għaċ-ċerimonja fuq il-mafkar tagħha f'San Ġwann, li jsir ta' kull sena sabiex din it-tfajla ma tiġi qatt minsija.

Intant, kienu bosta li fakkru l-memorja ta' Karin Grech, fejn spikkaw fost l-oħrajn il-kummenti tad-Deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi fsot l-oħrajn fejn qal li Grech "inqatlet frott mibgħeda politika li ma rridu qatt nerġgħu naraw. Kemm feriti għadhom inixxu demm minħabba mibgħeda tal-passat. 

More in Socjali