San Pawl bl-akbar siġar tal-Milied naturali

Waħda ġiet imżejna mit-tfal tal-lokal u l-oħra magħmula minn 1036 flixkun tal-plastik

Il-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar u l-kumitat tal-festa Madonna tal-Martri ħadu żewġ Malta rekords tal-akbar siġra naturali mżejna u l-akbar siġra bil-fliexken tal-plastik.

Is-siġra naturali hi għolja 27.5 piedi u isfel 9 piedi wiesgħa u hi mżejna b’119-il dekorazzjoni kollha magħmula mit-tfal tal-lokal. Is-siġra magħmula bil-fliexken tal-plastik fiha 1036 fliexken imħallta bejn tal-litru u nofs u taż-żewġ litri.

More in Socjali