Ir-radju qed imut...bil-mod il-mod

Jidher li it-teknoloġija moderna flimkien ma’ mezzi diversi oħrajn qegħdin, ftit ftit joqtlu lir-radju...

Mezz ta’ xandir qed joqtol mezz ta’ xandir ieħor. Dik il-ħajja, titwieled xi ħaġa u tmut xi ħaġa oħra. Jidher li it-teknoloġija moderna flimkien ma’ mezzi diversi oħrajn qegħdin, ftit ftit joqtlu lir-radju. Dan joħroġ bl-aktar mod ċar fl-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li fil-fatt turi kif il-maġġoranza assoluta ta’ dawk li għandhom bejn it-12-il sena u 20 sena ma jsegwux stazzjon tar-radju. 71% ta’ dawn qalu li ma jsegwux stazzjon tar-radju, filwaqt li 52.4% ta’ dawk li għandhom bejn 31 u 50 sena ukoll qalu li ma jsegwux stazzjon tar-radju.

Skont l-istħarriġ jidher li r-radju huwa l-aktar popolari fost dawk li għandhom bejn 21 u 30 b’57% jgħidu li jsegwu stazzjon tar-radju u dawk bejn 51 u 70 sena, fejn 53% isegwu r-radju. B’kollox 47.6% ta’ dawk li ħadu sehem qalu li jsegwu stazzjon partikolari waqt li 51.2% qalu li ma jsegwux.

L-istħarriġ juri kif l-aktar stazzjon li huwa segwit fil-gżejjer Maltin huwa l-istazzjon privat Bay Radio, b’20.4% tas-semmiegħa, segwit mir-radju tal-Partit Laburista ONE Radio b’16.25 u wara Radju Malta bi 11%. L-istazzjon radjofoniku tal-Partit Nazzjonalista huwa segwit minn 9%. 

More in Socjali