Żieda ta' 7.3% fit-turisti matul Settembru

L-ispiża tat-turisti żdiedet b'1.3%

It-total ta' persuni li ġew Malta matul ix-xahar ta' Settembru ammontaw għal iktar minn 208,000 persuna, li jfisser żieda ta' 7.3% fuq l-ammont ta' nies li ġew fil-pajjiż matul l-istess xahar tas-sena ta' qabel.

Kien hemm iktar minn 180,000 persuna minn dawk li ġew Malta, għamlu dan għal skopijiet ta' vaganza, waqt li 11,509 għamlu din iż-żjara għal skopijiet ta' xogħol.

L-ammont ta' turisti li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea żdied bi 8.2%, biex issa tela' għal 175,793 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel.

L-ammont ta' ljieli li tqattgħu f'Malta wkoll tela' b'1.6% meta mqabbel ma' Settembru tal-2015, bit-total ikun ta' 1,634,155 lejl. L-ispiża tagħhom ukoll rat żieda ta' 1.3%.

More in Socjali