FILMAT | 'In-nisa qatt ma jistgħu jkunu qassisin' - Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku ikkomferma li n-nisa qatt ma' jista' jkollom l-opportunità li jiġu ordnati bħala saċerdoti kattoliċi

Il-Papa Franġisku llum ikkomferma l-pożizzjoni tal-vatikan li fil-knisja kattolika qatt mhu se jkun hemm l-opportunità biex in-nisa jiġu ordnati bħala saċerdoti. Din il-istqarrija tal-papa ma tgħoddx bħala waħda xokkanti, hekk kif huwa kien min dejjem sostna biċ-ċar din il-pożizzjoni dwar dan is-suġġett.

 

Waqt konferenza stampa fuq titjira papli, Franġisku ikkomferma li din id-deċiżjoni hija waħda eterna, hekk kif anke ddikjara l-Papa Gwanni Pawlu II qablu, li din il-projbizzjoni li n-nisa jsirux qassisin m'għandix tinbidel.

Fil-filmat meħud mis-sit tal-ġurnal 'The Guardian', il-Papa jistema' jikkwota d-deċiżjoni li ttieħdet minn Gwanni Pawlu II, dwar it-triq li l-knisja qed tieħu u se tibqa' tieħu dwar dan, minkejja l-kritika u d-diżappunt ta' numru ta' femministi kattoliċi li jisħqu li n-nisa għandom kull dritt li jiġu ordnati bħala saċerdoti.

Fl-istess diskors tiegħu, il-Papa kompla jtenni li filwaqt li l-knisja ma tħallix lin-nisa jsiru saċerdoti, ir-rwol tal-mara huwa wieħed ferm importanti, aktar importanti minn dak ta' qassis, hekk kif Maria nnifisha, għandha rwol aktar importanti u qaddis minn dak ta' kwalunkwe appostlu, saċerdot u isqof.

More in Socjali