Iktar minn €400,000 f'għajnuna lil-lebbrużi f'5 snin

Il-lebbra għadha fenomenu reali llum, tant li l-Gvern għadu joħroġ assistenza għaliha kull sena

Minkejja li hija marda antika u li saħansitra ilha teżisti sa minn żmien il-Bibbja, il-lebbra hija fenomenu reali llum il-ġurnata f'pajjiżna. Fil-fatt, f'perjodu ta' 5 snin, mill-2010 sal-2014, il-Gvern ta €413,617 f'azzistenza lill-persuni li għandhom il-lebbra.

In-numru ta' persuni li jbatu minn din il-marda qegħdin jonqsu u konsegwentement, l-ammonti ta' flus mogħtija bħala għajnuna wkoll. Fil-fatt, fl-2010, l-ammont mogħtija f'għajnuna kien ta' €92,955. Dan naqas għal €76,031 fl-2014.

Din l-assistenza tingħata lil kull familja li għandha xi persuna jew persuni fi ħdanha li għandhom il-lebbra.

More in Socjali