'Fil-qasam tat-traffiku fallejna bil-kbir'

L-eks segretarju Ġenerali tal-PL jgħid li t-traffiku sar il-pjaga tal-pajjiż

Jason Micallef, iċ-ċerman ta' One Productions u l-eks segretarju Ġenerali u kandidat tal-partit Laburista qatt ma ddejjaq jikkritika dak li ma jkunx sejjer tajjeb bħalma jeġavola dak li jkun sejjer tajjeb. Hu persuna skjett u l-kritika tiegħu tintlaqa tajjeb fuq il-facebook anke jekk ikun hemm min ma jabqilx li jikteb fl-apert l-opinjoni tiegħu. Iżda l-fatt li persuna u uffiċjal ta' partit jikteb dak li jħoss u jikkritika fejn jara li mhux sejjer tajjeb hu pożittiv għax il-poplu żgur li japprezza lil dak il-persuna li kapaċi jammetti fejn mar ħażin.

Micallef fuq il-facebook tiegħu kiteb li " It-traffiku fit-toroq ta' pajjizna sar krizi, u pjaga nazzjonali. Mhemmx kelma ohra. F'dal-qasam fallejna bil-kbir.". Sentenza li qajmet interess fuq l-istess facebook tiegħu fejn anke l-ġurnalista Simone Cini għamlet il-kummenti tagħha dwar id-dewmien esaġerat li t-tfal li qed jitilqu mis-6 ta' filgħodu u minn B'Bugia sa Raħal Ġdid b'tal-linja qed jieħdu aktar minn siegħa u nofs. Interessanti huma r-raġunijiet li kitbu dawk li jsegwu lil Micallef, fejn min qal li dan ifisser ġid għax hawn iżjed flus u jinxtraw aktar karrozzi, min jikkritikah għax ma joffrix soluzzjoni iżda bla dubju li l-akbar numru li kitnu qablu miegħu u ħafna semmew każi ġenwini ta' ħin twil li ħadu biex waslu minn post għall-ieħor.

More in Socjali