Xejn għerejjex... sħana biss

Tinkwetawx mill-għerejjex għalissa... Santa Marija ħa ġġib ġranet ta' xemx u sħana

Xemx u temp sabiħ mistenni għal Santa Marija
Xemx u temp sabiħ mistenni għal Santa Marija

Ħallukhom mill-għerejjex ta' Santa Marija... u għall-weekend ta' bejn is-Sibt 13 u t-Tnejn 15 ta' Awwissu Santa Marija se tberikna b'temp sabiħ u xemx.

Lestu ruħkhom għall-ġranet il-baħar, Għawdex jew Kemmuna...u tinsewx tindilku bis-sunblock

It-temp għall-wekeend ta' Santa Marija se jkun :

Is-Sibt 13 ta' Awwissu - L-għola temperatura ta' 30 grad, imma tinħass daqs li kieku 35, bl-inqas temperatura tinżel għal 20 grad. Xemxi bi ftit sħab matul il-ġurnata u riħ ħafif mill-Lvant forza 2 sa 3.

Il-Ħadd 14 ta' Awwissu - L-għola temperatura ta' 30 grad, imma tinħass daqs li kieku 34, bl-inqas temperatura tinżel għal 21 grad. Xemxi bi ftit sħab matul il-ġurnata u riħ ħafif mill-Punent għall-Lbiċ forza 2 sa 3.

It-Tnejn 15 ta' Awwissu - L-għola temperatura ta' 30 grad, imma tinħass daqs li kieku 34, bl-inqas temperatura tinżel għal 21 grad. Xemxu bi ftit riħ ħafif mill-Punent forza 2 sa 3.

More in Socjali