Stuprata u maqtula nofs mil 'l bogħod minn darha

Google, f'luttiu għall-attakk fuq waħda mill-impjegati tagħhom

Vanessa Marcotte: Stuprata u maqtula
Vanessa Marcotte: Stuprata u maqtula

Marret tagħmel ftit jogging kif kienet tagħmel kuljum. Malli waslet mil u nofs biss il-bogħod mid-dar t'ommha iżda Vanessa Marcotte, tfajla li taħdem ma' Google sfat sturprata, ftit qabel mal-agressur ħalliha mejta f'masġar fi Princeton Massachusettes, l-Istati Uniti. 

Google esprima xokk kbir għal mewt u l-attakk faħxi fuq din it-tfajla ta' 27 sena. ‘Vanessa Marcotte kienet mara u membru maħbub tat-tim tagħna fl-uffiċċju ta' New York. Kienet magħrufa għad-daħqa tagħha, għall-passjoni u għax-xogħol volontarju. Ninsabu verament ixxukkjati u l-ħsieb tagħna jmur għall-familja tagħha." 

Il-Pulizija, li bdew it-tfittxija tagħhom wara li Marcotte ma rritornatx id-dar iddeskrivew dak li sabu quddiem għajnejhom bħala "ċirkostanzi u fatti tal-biża'" Huma sejħu wkoll biex ir-residenti jkunu viġilanti u attenti meta jkunu qed jagħmlu attivitajiet fi Princeton, speċjalment matul il-lejl. 

More in Socjali