Jiftaħ l-istaġun tal-Vendemmia

Jibda’ l-istaġun li fih l-għeneb isir u jinqata'… u minnhu jibda' jsir l-inbid

Jiftaħ l-istaġun li fih l-għeneb isir i jinqata'... u jsir inbid
Jiftaħ l-istaġun li fih l-għeneb isir i jinqata'... u jsir inbid

Waqt żjara fl-estate tal-inbid ta’ Maria Rosa, f’Ħ’Attard, Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, fetaħ l-istaġun tal-Vendemmia, li fih l-għeneb isir u jinqata' u eventwalment jibda’ l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid.

Waqt din iż-żjara, Galdes ħabbar li l-awtoritajiet bħalissa għaddejjin b’eżerċizzju ta’ reġistrazzjoni tad-dwieli f’Malta u Għawdex, li se jdum sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Galdes saħaq li permezz tar-reġistrazzjoni, il-gvern jista’ jkollu informazzjoni dwar in-numru u l-lokalità tad-dwieli f’Malta u Għawdex. S’issa, madwar 500 bidwi diġà ħadu sehem f’dan l-eżerċizzju.

Galdes temm jgħid li minkejja l-limitazzjonijiet tad-daqs, l-industrija tal-inbid Maltija qegħda tiffoka dejjem aktar fuq il-kwalità, u qegħda kontinwament ittejjeb il-prodott lokali; ħaga neċessarja ħafna minħabba l-kompetizzjoni iebsa li hemm mill-inbejjed impurtati minn pajjiżi barranin.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes jiftaħ l-istaġun fl-estate tal-inbid ta' Maria Rosa
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes jiftaħ l-istaġun fl-estate tal-inbid ta' Maria Rosa

More in Socjali