Ir-Riserva Naturali tas-Simar tospita skambju internazzjonali taż-żgħażagħ

L-Iscouts ta’ Ħad-Dingli u l-YMCA tal-Ungerija jagħmlu xogħol fir-riserva bħala parti mill-proġett Action for Nature

L-Iscouts ta’ Ħad-Dingli u l-YMCA tal-Ungerija jagħmlu xogħol fir-riserva bħala parti mill-proġett Action for Nature
L-Iscouts ta’ Ħad-Dingli u l-YMCA tal-Ungerija jagħmlu xogħol fir-riserva bħala parti mill-proġett Action for Nature

Matul ix-xahar ta’ Lulju, grupp ta’ żgħażagħ mill-YMCA tal-Ungerija rritorna Malta biex jingħaqad ma’ membri tal-Grupp tal-Iscouts ta’ Ħad-Dingli fi skambju internazzjonali bħala parti mill-proġett Action for Nature li għandu l- iskop li jġib flimkien żgħażagħ għall-ħarsien tan-natura.

Tul il-ġimgħa li dam għaddej l-iskambju, iż-żgħażagħ Maltin u barranin ta’ etajiet li jvarjaw bejn l-14 u l-20 sena, ħadmu flimkien biex joħolqu seating areas bil-bankijiet fir-Riserva Naturali tas-Simar immexxija minn BirdLife Malta, u ħolqu wkoll ‘wildlife explore area’ biex titgawda mill-istudenti u l-familji li jkunu qed jitgħallmu dwar in-natura waqt iż-żjarat fir-riserva.

Minbarra l-ħidma biex itejjeb ir-riserva naturali, il-grupp ħa sehem ukoll f’sensiela ta’ development workshops intiżi li jtejbu l-ħiliet tal-parteċipanti fit- team work, fil-public speaking u fil-leadership. Waqt il-ħin liberu tagħhom, il- parteċipanti attendew ukoll vjaġġ bid-dgħajsa taħt l-irdumijiet għall- osservazzjoni tal-għasafar tal-baħar u ttieħdu wkoll jgħumu f’numru ta’ bajjiet differenti Maltin.

Bħala ċelebrazzjoni tax-xogħol li għamlu, nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju fir-Riserva Naturali tas-Simar kienet organizzata open day li matulha 50 membru tal- pubbliku ngħataw tour tar-riserva li tmexxa mit-tim u li matulu setgħu jaraw it- titjib li sar mill-istess grupp.
Matul din l-attività l-membri żgħar tal-Iscouts ta’ Ħad-Dingli wkoll setgħu jesploraw ir-riserva kollha u jisimgħu dwar il-ħidma li twettqet mill-parteċipanti tal-iskambju.

F’kummenti dwar il-proġett, Karl Zammit – wieħed mill-parteċipanti mid-Dingli Scout Group – iddeskriva din l-esperjenza bħala waħda utli u qal li matul il- kamp il-parteċipanti setgħu jsiru jafu aħjar lil xulxin u żvilupp f’tim b’saħħtu li kien qed jaħdem fuq għan wieħed. Hu kompla jispjega li jinsabu sodisfatti bix- xogħol kollu li għamlu u faħħar lil-leaders tal-iskambju li qal li għamlu din l-esperjenza waħda speċjali. “Kienet esperjenza interessanti u li matulha, fuq kollox, ħadna ħafna gost. Nittama li jkollna esperjenzi oħrajn simili fil-futur.” Hannah Chisholm, l-Education Manager ta’ BirdLife Malta li kienet ukoll wieħed mil-leaders tal-proġett, sostniet li ż-żewġ gruppi ta’ żgħażagħ urew team work qawwi u kompliet tgħid li kienet impressjonata bit-titjib li sar fir-Riserva Naturali tas-Simar. “Dak li għamlu dawn iż-żgħażagħ se jgawdu minnu sew ir- riserva kif ukoll dawk kollha li jżuruha”.

Il-proġett Action for Nature, li hu mifrux fuq perjodu ta’ 20 xahar, jipprovdi opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni attiva, skambju bejn iż-żgħażagħ u impenn soċjali lil dawk li jieħdu sehem fih, jiġifieri żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-22 sena. L- iskop aħħari tal-proġett hu li jimmotiva lill-parteċipanti biex ikomplu jinvolvu rwieħhom fil-ħarsien tal-ambjent u fl-istess ħin jagħtihom il-ħiliet meħtieġa biex jagħmlu dan.

Fl-2017, bħala parti minn dan il-proġett, se jsiru żewġ skambji oħra internazzjonali għal żgħażagħ minn Malta, l-Ungerija u n-Norveġja. 

More in Socjali