Bi ftit spazju fejn jiċċaqlaq, f'ambjent u b'tonalitả ta' dawl li mhux naturali għalih, ors polari jqatta' l-ġranet tiegħu b'qalb maqsuma f'ċentru kummerċjali fiċ-Ċina, bl-iskop li l-klijenti jkunu jistgħu jieħdu s-selfies miegħu.
B'disrispett totali għall-ħajja ta' dan l-annimal majestuż, is-sidien ta' dan iċ-ċentru kummerċjali fiċ-Ċina raw lill-ors biss bħala attrazzjoni kummerċjali biex jiġbdu n-nies, bl-inqas każ u rispett għas-saħħa u d-drittijiet tal-ors.
Jidher ukoll li dan l-ors mhux l-uniku annimal li hu priġunier f'dan iċ-ċentru kummerċjali, li l-'Animals Asia Animal Welfare' qegħdin isejħu "l-aktar zoo tad-dwejjaq fid-dinja". Infatti mid-dehra, hemm ukoll xi sitt Baleni Beluga f'awkwarji żgħar, ferħ ta' Walrus, flimkien ma Lupi u volpijiet, kollha f'ambjenti żgħar u mhux naturali, iżda b'illuminazzjoni tajba biex is-selfies tal-klijenti joħorġu sbieħ.
l-'Animals Asia Animal Welfare' jikkundannaw dan il-post u qegħdin jagħmlu l-għalmu tagħhom biex l-awtoritajiet Ċiniżi jieħdu passi kontra dan iċ-ċentru, iżda s'issa kollox jidher għal-xejn.
Fi stqarrija tal-assoċjazzjoni, intqal li l-ors polari, aktar minn annimali oħrajn huwa fost l-aktar delikati fejn tidħol il-kattività u biex jinstablu dak il-bilanċ delikat li jqarreb il-kundizzjonijiet li jinstab fihom, għall-dawk naturali, huwa diffiċli ħafna.