Mhux verġni daqs kemm jgħidu...

L-Awtoritajiet Taljani ifaqqgħu multa ta' €550,000 lil-LIDL għal żejt taż-żebbuġa 'extra virgin' li mhux 'extra virgin' xejn

Iż-żejt 'extra virgin' tal-LIDL, mhux verġni daqs kemm jgħidu...
Iż-żejt 'extra virgin' tal-LIDL, mhux verġni daqs kemm jgħidu...

Is-supermarket popolari anke ma' ħafna Maltin, LIDL, kien fost numru ta' kumpaniji fl-Italja li ġew immultati €550,000 talli ddikjaraw żejt bħala 'extra virgin' mentri fil-fatt ma kien 'extra virgin' xejn. Infatti meta l-konsumaturi kienu lesti jħallsu ftit aktar biex jixtru żejt 'extra virgin' ta' kwalità superjuri, fil-verità kienu qed jixtru żejt taż-żebbuġa normali. Kien iż-żejt tad-ditta 'Primadonna' li daħħal lill-LIDL fl-inkwiet li minħabba fiha l-awtoritajiet Taljani faqqgħu multa ta' nofs miljun ewro lis-supermarket.

Iż-żejt 'extra virgin' huwa kkunsidrat ta' kwalità aħjar miż-żejt taż-żebbuga normali, u għalhekk jiswa aktar, minħabba l-proċess twil u aktar ikkumplikat li jintuża biex jiġi prodott. fil-każ taż-żejt 'Primadonna' li jinxtara mill-LIDL, il-proċess inqabeż, iżda t-tabella u l-prezz xorta kienu ta' 'extra virgin'.

Apparti d-ditta taż-żejt li jġib il-LIDL, ditti oħrajn bħal Bertolli, Sasso u Carapelli, u prodotti mid-ditta Spanjola 'Deoleo', ukoll kienu mmarkati ħażin bħala 'extra virgin', filwaqt li ma kinux.

L-Awtoritajiet Taljani qegħdin jinvestigaw każi simili ta' dawn u qed jagħtu multi kefrin lill-kumpaniji li jsostnu affarijiet li mhux minnhom fuq it-tabelli tal-prodotti tagħhom.

 

More in Socjali