33 karozza tal-linja ġdida żdiedu mal-flotta tal-Malta Public Transport, li issa tellgħu it total tal-flotta għall-406.
Felipe Cosmen, Chairman tal-Malta Public Transport, tenna waqt konferenza stampa, li “mis-sena l-oħra l'hawn, Malta rat żieda ta' aktar minn 16% fin-numru ta' passiġġieri li użaw is-servizz tat-trasport pubbliku.”
Għal dan il-għan, mill-lum se jidħlu fis-servizz 33 karozza ġdida. Dawn il-karozzi l-ġodda għandom tul ta' 12 il-metru, bid-differenza mill-karozzi li hawn bħalissa, li huma twal 9 metri.
Kull waħda min dawn il-karozzi l-ġodda għanda 42 sedil u tista' ġġor sa 64 passiġġier bilwieqfa wkoll. Kull waħda minn dawn il-karozzi hija mgħammra b'numru ta' miżuri ta' sikurezza u kumditá, arja kondizzjonata u b'magna ekologika EURO 6.
Cosmen saħaq li “b'din iż-żieda, Malta issa għanda waħda mill-aktar flotot b'etá żgħira fl-Ewropa.”
Fit futur qarib, il-pjan huwa li l-flotta kollha tibda tiġi gradwalment mibdula biex il-karozzi jiġu kollha tat-tip bħal ma huma dawn il-ġodda.
“F’perjodu ta’ biss 18 il-xahar”, spjega Cosmen, “sar investiment totali ta’ €40 miljun, li minnbarra l-karozzi l-ġodda, sar avvanz fl-infrastruttura tas-servizz, bil-maġni awtomatiċi tal-biljetti u l-introduzzjoni tat- 'Tal-Linja Card', kif ukoll f'żieda fin-numru tax-xufiera, li issa jammontaw għal 1000.”
“L-investiment biex jittejjeb is-servizz tat-trasport pubbliku se jkun wieħed kostanti”, sostna Cosmen, “b-introduzzjoni ta' rotot u bus stops ġodda u aktar attenzjoni għas-sigurtá fis-sewqan.”
Il-Ministru tat-Trasport, Joe Mizzi tenna li “it-titjib gradwali fil-kwalità tas-servizz qiegħed jinħass u jidher ċar mill-fatt li ħafna aktar Maltin, kif ukoll barranin qed jagħżlu li jużaw it-trasport pubbliku.”
“Dan kollhu huwa parti minn strateġija biex aktar nies jużaw it-trasport pubbliku u tinqered darba għal dejjem l-immaġini ħażina li ħafna nies għad għandhom fuq it-trasport pubbliku”, temm Cosmen.