L-ammont ta' persuni li qattgħu ljieli f'lukandi jew stabbilimenti ta' akkomodazzjoni matul Marzu li għadda, irreġistra żieda ta' 9.7% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet, li jammonta għal total ta' 124,061 persuna fil-lukandi. Dan filwaqt li l-ammont totali ta' ljieli mqattgħin Malta raw żieda ta' 11.6%, jiġifieri total ta' 638,949.
L-akbar ammont ta' persuni ġew reġistrati f'lukandi ta' 4 stilel, filwaqt li kien hemm tnaqqis minimu fl-ammont ta' persuni li qagħdu f'lukandi ta' 5 stilel.
Ġiet reġistrata wkoll żieda fl-ammont medju ta' ljieli li tqattgħu f'Marzu ta' din is-sena meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel b'5.2 iljieli din is-sena, u 5.1 is-sena li għaddiet.
Matul l-ewwel tliet xhur tal-2016 kollettivament, l-ammont ta' persuni li qagħdu bfi stabbiliment tal-akkomodazzjoni bħal lukandi, żdied b'6.4%, jiġifieri kellu total ta' 298,768, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta' qabel.