Blajt €100 multa? M'intix waħdek

Tinħass preżenza ikbar ta' wardens u pulizija fit-toroq Maltin

F'dawn l-aħħar ġimgħat, setgħet tinħass preżenza iktar qawwija ta' wardens u pulizija fit-toroq Maltin, sabiex tinżamm iktar ordni fit-toroq, u fl-istess waqt jinħarġu ammonti ikbar ta' ċitazzjonijiet.

Diversi persuni li għamlu kuntatt ma' dan is-sit tkellmu dwar kif, fit-toroq Maltin qed tinħass preżenza iktar qawwija ta' membri tal-pulizija u wardens li qegħdin joqgħodu partikolarment attenti f'żoni fejn hemm it-traffic lights sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm persuni li jibqgħu għaddejjin minn fuq traffic lights  ħomor, u attenti wkoll għal sewwieqa li jkunu qegħdin jagħmlu użu mill-mobile tagħhom waqt li jkunu qegħdin isuqu. Din tal-aħħar iġġorr magħha multa ta' €100 li tingħata anke jekk ix-xufier ikun qed jagħmel użu mill-mobile tiegħu waqt li l-karozza tkun wieqfa fit-traffiku.

Xi persuni qalu ma' din il-gazzetta kif f'xi okkażjonijiet, qed ikun hemm karozzi bil-wardens biswit traffic lights li meta xufier jagħmel kontravenzjoni, u jibqa' ħiereġ fuq id-dawl meta jkun aħmar, b'periklu għal sewwieqa oħra u pedoni, dawn isegwu lil karozza sabiex iwaqqfuha.

More in Socjali