Saħħa mentali: iħallas il-Gvern għal appuntament mat-tabib tal-familja

Servizz ġdid għall-pazjenti b’mard mentali fil-komunità

Pazjenti b’mard mentali se jkollhom il-possibbiltà li jibdew igawdu minn servizz ġdid fil-komunità bl-għajnuna tat-tobba tal-familja.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li f’pajjiżna għandna numru ta’ pazjenti li jieħdu kura għall-problemi mentali fl-isptarijiet tal-Gvern, b’appuntamenti fl-outpatients darba f’sena. Issa dawn il-pazjenti minflok jistennew sena bejn appuntament u ieħor se jkollhom l-opportunità li jmorru għall-apputament kull tliet xhur ma’ tabib tal-familja bil-Gvern iħallas għal dan l-appunatment.

Għal dan il-għan fil-jiem li ġejjin se toħroġ sejħa għat-tobba tal-familja biex ikunu jistgħu joffru dan is-servizz fil-komunità.

“Din is-sistema hija win-win situation għal dawk kollha ikkonċernati. Se jigwadanjaw il-pazjenti, li ma jkollhomx għalxiex jistennew sena bejn appuntament u ieħor, speċjalment jekk iħossu li s-saħħa mentali tagħhom iddeterjorat u b’hekk kull problema tista’ tintlaħaq mill-bidu, u hekk se jigwadanjaw il-psikjatri, l-istituzzjonijiet u anke l-gvern,” qal il-Ministru Fearne.

More in Socjali