Fl-aħħar sentejn, jiġifieri bejn l-2014 u l-2015, il-programmi ta' SkolaSport raw żieda ta' iktar minn 40%, bl-ammonti ta' parteċipanti jiżdiedu minn 4037 fl-2014, għal 5676 fl-2015.
Dan kollu juri ż-żieda li kien hemm mill-2010 fejn kienu pparteċipaw 1,448 persuna fi SkolaSport. Matul dawn l-aħħar ħames snin, kważi f'kull sena kien hemm żieda kbira fin-numru ta' parteċipanti, minn sena għall-oħra.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo għall-mistoqsija tad-deputat Godfrey Farrugia.