[Filmat] Hollande: 'Dan hu att ta' gwerra mill-IS'

Il-President Franċiż jgħid li dan l-attakk sar mill-IS

French President Hollande says #ParisAttacks are "cowardly act of war" committed by Islamic State http://trib.al/mR391QD

Posted by Sky News on Saturday, 14 November 2015

F'konferenza tal-aħbarijiet dwar l-attakki atroċi li saru fil-belt kapitali Franċiża Pariġi, il-President Franċiż tefa' r-responsabiltà fuq l-Istat Iżlamiku u qal li dan huwa attakk ta' gwerra mill-IS.

Dan l-attakk li seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija f'Pariġi ħalla madwar 127 persuna.

Il-President qal li dan il-qtil, "sar minn armata terrorista, il-grupp tal-Istat Iżlamiku, l-armata tal-Ġiħadisti, kontra Franza, kontra l-valuri li aħna niddefendu kullimkien fid-dinja, kontra dak li aħna: Pajjiż ħieles li jfisser xi ħaġa għad-dinja kollha."

L-attakki li saru f'partijiet differenti tal-belt Franċiża saru minn 8 terroristi li 7 minnhom mietu permezz ta' bombi suwiċida waqt li t-tmien terrorista inqatel mill-Pulizija Franċiża meta daħlu jagħmlu raid f'tentattiv biex isalvaw l-ostaġġi.

Il-President iddikjara stat ta' emerġenza fil-pajjiż waqt li żdiedu l-kontrolli fil-fruntieri tal-pajjiż u ordna tlett ijiem ta' luttu nazzjonali.

More in Socjali