[Bil-filmat] Restawr ta’ €9 miljun fuq is-swar tal-Imdina

Proġett ta' €9 miljun biex jiġu restawrati s-swar tal-Imdina

Ir-restawr tas-swar fl-Imdina • Ritratt: Ray Attard
Ir-restawr tas-swar fl-Imdina • Ritratt: Ray Attard
Xogħol ta' restawr fuq is-swar tal-Imdina • Filmat: Ray Attard

Aktar minn 9,600 metru kwadru ta’ swar qed jiġu restawrati bħalissa fl-Imdina f’investiment ta’ €9 miljun li mistenni jagħti dehra ġdida lill-Belt Kapitali qadima ta’Malta.

Ir-restawr tal-iswar fl-Imdina huwa l-aħħar proġett tat-tip tiegħu fil-gżejjer Malti bħala parti minn investiment totali ta’ €32 miljun. Il-proġett, li huwa finanzjat ukoll mill-Unjoni Ewropeja, mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena.

Il-perit tal-proġett Chanelle Busuttil spjegat kif ix-xogħol huwa maqsum f’żewġ żoni: dak fuq is-swar ta’San Pietru u s-swar ta’Santa Maria.

Il-maġġoranza tax-xogħol jinkludi tindif tal-ġebel, tneħħija ta’ siment u l-konsolidament tal-blat. Madankollu, minħabba li l-Bieb tal-Griegi qiegħed f’kundizzjoni agħar, se jsir intervent iffokat fuq ir-restawr arkitetoniku.

More in Socjali