Fl-ewwel kummenti tiegħu mas-sit illum.com.mt, il-Membru Parlamentari u l-Whip tal-Partit Laburista esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dawn il-bidliet imħabbrin mill-Gvern fil-proġett tal-Università Amerikana.
Ftit xhur ilu, Farrugia kien attenda protesta favur il-ħarsien tal-ODZ. Dakinhar, kien stqarr mal-mezzi tax-xandir li huwa jemmen li se jkun qed jinstab bilanċ.
Huwa qal kif dan huwa 'Gvern li jisma'', "F'Mejju li għadda kont għidt li jiena nemmen ħafna fil-proġett, imma l-ammont ta' art li tittieħed, għandu jonqos, jew inkella jinqasam f'siti alternattivi, kif hekk ġara." Kompla jgħid kif għaldaqstant, huwa jinsab "kburi li nifforma parti minn dan il-Gvern."
Huwa temm jgħid ma' dan is sit, li din hija rebħa.