Mara ta' 76 sena li kienet marret il-quddiesa tal-Ħadd, dehret f'filmat tal-kameras tas-sigurtà tal-istess knisja taqla' daqqa ta' ponn u tinsteraq. Il-filmat li ttieħed mill-knisja ta' Santa Ċeċilja f'Omaha f'Nebraska wera kif żewġ żgħażagħ daħlu fuq il-mara li kienet qed taqra n-newsletter tal-knisja. Wieħed miż-żgħażagħ ħataf il-basket tal-anzjana u ħarab waqt li l-ieħor ta daqqa ta' ponn lill-anzjana, u bid-daqqa waqgħet mal-art.
L-anzjana kellha tittieħed l-isptar għall-kura għad-daqqiet li sofra.
F'dak il-ħin, kien hemm il-qassis fis-sagriastija jipprepara għall-quddies, fejn ikkundanna dan l-attakk.