L-ironija ta' Greċja falluta

OXI (LE): Il-protesta ta’ dawk mingħajr vantaggi fil-Grecja.
OXI (LE): Il-protesta ta’ dawk mingħajr vantaggi fil-Grecja.

Hi ironija kbira li l-pajjiż li għallem id-demokrazija lill-Ewropa, issa sab ruħu f’sitwazzjoni patetika fejn l-imsieħba Ewropej taż-żona Ewro qed jiddikjaraw li jew il-Greċja tħallas id-djun kbar li għandha jew toħroġ miż-żona tal-munita waħda, talinqas b’mod temporanju. Umiljanti għall-pajjiz bi storja ta’ eroj (mitiċi u reali) tant kburin u tant qalbiena.

Fl-aħħar żviluppi fin-negozjati twal mal-imsieħba tal-UE, il-Greċja spiċċat titkarrab għal €58 biljun oħra sakemm forsi tiġi f’tagħha. L-UE qed titlob anki assi tal-istat, rikjesta li tkompli tumilja lill-Griegi.

It-traġedja tal-Greċja kienet ilha ġejja: kien hemm korruzzjoni rampanti, kappriċċi kbar mill-klassi tas-sinjuri, evażjoni spettakolari tat-taxxa, tbagħbis u frodi fl-istatistika u taħwid mal-banek. Kienu jingħataw anki pensjonijiet finta lill-mejtin!

Xorta waħda ħafna għadhom jistaqsu: Tajjeb li l-Greċja titkeċċa miż-żona Ewro?

Indifferenza dwar l-Ewropa

“Lanqas naf x’inhu għaddej f’Malta, ahseb u ara fil-Greċja!” Din kienet waħda mir-risposti li ngħataw f’vox pop imniedi mill-istazzjon ONE. Oħrajn qalu li l-politika ma tinteressahom xejn, jew li ma jifhmux fiha.

Dawn it-tweġibiet lil ONE News jixhdu kemm il-poplu Malti (jew talinqas il-maġġoranza tiegħu) hu indifferenti fejn tidħol il-kuxjenza kritika taċ-ċittadini u fuq kollox, il-kunċett tas-solidarjetà bejn it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Dan l-atteġġjament ta’ indifferenza jintwera anki fejn jidħlu problemi aktar gravi, bħal dawk tal-immigrazzjoni fejn diversi pajjiżi ma jridux jaqsmu r-responsabbilità li l-immigranti u r-refuġjati jkunu integrati fil-kontinent Ewropew.

Fuq it-taraġ taz-zuntier

Dan hu programm, imtella’ b’ħeġġa minn Joe Vella għall-istazzjon F Living, li jesplora t-tradizzjonijiet varji tal-festi Maltin: storja, purċissjonijiet, marċijiet, artiġġjanat, xogħlijiet artistiċi, il-logħob tan-nar u l-ħafna ħidma li ssir fuq bażi volontarja, mhux biss għall-jiem tal-festa titulari, iżda matul is-sena sħiħa.

Vella jidħol fid-dettall tal-festa bis-saħħa ta’ intervisti ma’ protagonisti wara l-organizzazzjoni tal-festa. F Living qed joffri “enċiklopedija” organika li għandha sservi bħala dokument għall-kulti f’Malta u n-natura komunitarja tal-festi. Dan il-programm jixraqlu jkun miġbur f’DVD biex l-aspett antropoloġiku ma jintilifx. Ir-rekordjar jgħodd mhux biss għall-arkivji lokali, iżda anki għall-bosta komunitajiet Maltin f’inħawi bħall-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit.

Joe Vella daħal għal sensiela ta’ valur kbir.

Ħofor fl-Expo ta' Milan

Min ivvinta “il-logħba” Avoid Potholes għall-padiljun ta’ Malta fl-Expo ta’ Milan 2015 ħaqqu midalja tal-landa: fuq naħa tonora l-istupidità u fuq in-naħa l-oħra l-bassezza ta’ ideat għal avveniment daqstant prestigjuz magħruf internazzjonalment.  Forsi kien jonqos anki “logħba” ancillari: Avoid Dogs’ Poop minn fuq il-bankini.  Minn tant monumenti li stajna nippromwovu għas-settur turistiku, Malta ħarget turi l-isfregju fit-triqat tagħha.  Tassew awgurju tajjeb għall-V18.  Aktar medjokrità.

Fil-midja wkoll kien hemm rapport dwar il-faqar tal-wirjiet li ttellgħu s’issa wara l-ħġieġ, fil-pjan terran tal-Parlament il-ġdid.  Skont ir-rapport, intramaw imwejjed bl-addoċċ miksijin bi drapp oranġjo jgħajjat, li jimbarazza lil min għandu ftit diċenza u dekor estetiku.

Sistematikament Malta qed toqtol it-tigiega li tbid il-bajda tad-deheb.  Domt inhares lejn dak id-drapp vulgari fid-dahla tal-parlament il-gdid, imma mbagħad ikkonkludejt li s-siggijiet tad-deputati fis-sala ewlenija hodor pistaċċa jgħajjat, huma daqstant iehor vulgari.

Il-gvern ta’ Dott. Gonzi għabba lil Malta bi spiza ta’ madwar 90 miljun Ewro (Id-disinji biss swew 6.6 miljun Ewro) biex Renzo Piano jibni l-blokki tiegħu bil-gebel tal-Qala fil-fetha tal-Belt Kapitali u biex jibgħat sett siggijiet hamalli u mingħajr dinjità.

Il-verita' manipulata

Hemm verità politika li tezisti f’dan in-nitfa ta’ pajjiz?  Kemm hu rispettat moħħ il-poplu?  Għaliex dan il-poplu għad għandu bzonn l-idoli politici biex jinkina quddiemhom?  Għaliex jaccetta li jkun manipulat?  Għaliex jaccetta li juruh id-debba u jqabbzulu l-hmara?

Mnejn gejja l-manipulazzjoni tal-verità?  Għaliex trid tagħmel interventi partiggjani l-Knisja (sottili jew mhux daqshekk sottili)?  Jezistu llum l-alleanzi tal-Knisja lokali?

Il-poplu jifhem li l-kuncett “demokratiku” f’Malta hu asseddjat kontinwament minn atteggjamenti tribali?  Għaliex il-poplu jaccetta li jkun marjunett?  Għaliex il-media tkompli ggebbed, bhal-lastiku, il-manipulazzjoni tal-verità?

More in Socjali