Il-frotta protagonista tas-sajf għal ħafna hi d-dulliegħa li barra li taqtgħalek l-għatx tagħmel ħafna benefiċċji għal ġisem tal-bniedem
Fiha biss 16-il kalorija għal kull 100 gramma iżda tista tħaxxnek jekk tikolha viċin l-ikel ieħor għax tant timlik bl-ilma li tirrendi l-indiġistjoni taħdem aktar bil-mod u tbati u b’hekk dan il-fatt iħaxxnek. Iżda meta tikolha mhux bħala deżerta eżatt wara l-ikel tagħtik dawn il-benefiċċji:-
- Tipproteġik mir-raġġi UV
- Tgħin fis-sistema ċirkolatorja u tnaddaf l-arterji
- Tnaqqas il-kolesterol kattiv
- Tnaqqas il-pressjoni
- Tgħin biex id-demm jimxi aħjar lejn l-organi sesswali u dan jagħmilha speċi ta’ Viagra naturali
- Tgħin biex tnaqqaslek iċ-ċans għal kataretti
- Tnaddaf il-kliewi u tgħinek kontra ċ-ċistite u li jintefħu s-saqajn
- Hi alleat kontra l-anemija għax mimlija ħadid u viramini A u C
- Tiġġieled kontra l-murliti u ż-żerriegħa tgħin ħafnma biex tmexxi l-ikel aħjar mill-imsaren.
- Għandha sustanza bħat-tadam (frotta ħamra) li tgħin kontra xi forom ta’ tumuri speċjalment tal-prostata.
- Tgħin lin-nisa tqal anke waqt li jkunu jreddgħu
Iżda mhix tajba għal min ibati bli stonku u b’xi problema fil-musrana