Kollox lest għall-għawma ta' Michelle Muscat

Mistennija tibda tgħum fis-2.30pm

Kollox jinsab lest għall-għawma li mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat se tkun qed tagħmel minn hawn u ftit tal-ħin ieħor f'ġest ta' solidarjeta biex jinġabru fondi b'risq il-Marigold Foundation.

Is-sinjura Muscat ilha tħejji għal din l-għawma għal dawn l-aħħar xhur u għalkemm it-temp illum hu bnazzi xorta mistenni joffri sfida għall-għawm hekk kif it-temp bħalissa hu b'riħ moderat għal ftit qawwi mill-Punent Majjistru u mistenni li jsir jdur għall-Majjistral it-Tramuntana. Il-baħar bħalissa huwa moderat li mistenni jitqawwa b'imbatt baxx mill-grigal.

 

 

 
   
   

More in Socjali