Persuna moħbija fuq ajruplan li telaq minn Londra lbieraħ, spiċċa biex waqa' mill-ajruplan u spiċċa fuq saqaf ta' ħanut f'nofs Londra. Il-persuna, ta bejn il-25 u 30 sena kienet moħbija f'ajruplan British Airways li telaq mill-Afrika t'Isfel. Il-kamra tal-aħbarijiet BBC qed tirrapporta li hu maħsub li dan ir-raġel tar minn Johannesburg għal Heathrow propju mqabbad mal-biċċa t'isfel tal-ajruplan.
Jidher li l-vittma waqa' 'l isfel mill-jet 747 li kien fuqu, u spiċċa fuq l-uffiċji tal-ħanut NotOnTheHighStreet.com f'Richmond.
Il-ġurnali qed jirrapurtaw kif il-pulizija sabu r-raġel mixħut għal tulu fuq il-bejt tal-bini, fuq kaxxa tal-elettriku. Jidher li r-raġel beda jżomm mal-ajruplan għat-titjira li tieħu 11-il siegħa, flimkien ma' raġel ieħor li ttieħed għat-trattament fi sptar f'Londra, fejn qed jingħad li qiegħed f'kundizzjoni stabbli.
Ir-raġel jidher li beda jżomm mar-rota tal-ajruplan hekk kif dan leħaq l-ajruport ta' Heathrow, 8,000 mil bogħod mill-post tat-tluq fl-Afrika t'Isfel.
F'dikjarazzjoni, British Airways qalu li qed "jaħdmu mal-pulizija u mal-awtoritajiet f'Johannesburg biex jistabilixxu l-fatti li wasslu għal dan il-każ verament rari."