L-Enemalta daħlet fit-tieni fażi ta' żarmar tal-Power Station tal-Marsa - hekk kif bdew jitneħħew tnejn mill-ħamest iċmieni, kif ukoll tlieta mit-tankijiet tal-heavy fuel oil.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-kuntratturi bdew it-tħejjija għat-twaqqigħ taċ-ċumnija ta' 42 metru għoli, b'wisgħa ta' ħames metri, li kienet parti mill-estensjoni tal-power station li saret fl-1966. Din issa qed tinqasam f'sezzjonijiet u titniżżel mal-art permezz ta' crane ta' 200 tunnellata.
Intant, tliet tankijiet tal-fuel qed jitnaddfu mir-residwi qabel jiġu żarmati. Fejn possibli, il-materjal li jitneħħa se jiġi użat mill-ġdid jew riċiklat. Ċumnija iżgħar se jitneħha parti minn dawn ix-xogħlijiet bħala parti minn dawn ix-xogħlijiet.
Il-kuntratti għall-bini ta' ċentru ta' distribuzzjoni ġdid u l-installazzjoni tat-tagħmir mehtieġ ingħataw, u x-xogħlijiet se jibdew dan is-sajf.
F’Mejju li għadda, malli l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) approvat il-pjanijiet ta’ Enemalta plc għat-tneħħija tal-kumplament tal-power station, il-kumpanija ħarġet sejħa għall-offerti għaż-żarmar tal-istrutturi u l-apparat li għad baqa’ fis-sit. Il-kuntratturi interessati li joffru dawn is-servizzi għandhom sa nhar il-Ġmgħa 3 ta’ Lulju biex jissottomettu l-offerti tagħhom.