Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux jiġi kkonsmat minħabba possibilità ta’ preżenza ta’ Salmonella Derby.
	
		
			| Deskrizzjoni tal-Prodott:
			 | Suppliment dietetiku
			 | 
		
			| Isem tal-prodott:
			 | Androx-Q12
			 | 
		
			| Ditta:
			 |   Nanox nutriceuticals
			 | 
		
			| Deskrizzjoni tal-maħfen u l-Użin:
			 | Kaxxa ta’ 90 kapsula (58.5g)
			 | 
		
			| Numru tal-Lott:
			 |   141410/01
			 | 
		
			| Data tad-durabbilità:
			 |   10-2017
			 | 
	
Il-kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira dan il-prodott mis-suq, iżda peress li rrappurtat li xi prodotti laħqu waslu għand il-konsumatur finali, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku  jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.