Festival ta’ xiri fil-Belt Valletta

Festival li ser jibqa’ sejjer sas-Sibt li ġej 

Festival li ser jibqa’ sejjer sas-Sibt li ġej
Festival li ser jibqa’ sejjer sas-Sibt li ġej

Bħalissa fil-Belt Valletta għaddej ix-Shopping Festival li ser jibqa’ sejjer sas-Sibt li ġej u li għandu l-għan li jippromwovi l-Belt Valletta bħala destinazzjoni unika ta’ shopping, kemm ghall-Maltin, kif ukoll għall-barranin.

Il-Festival jinkludi promozzjonijiet diversi fil-ħwienet, kif ukoll attivitajiet varji ta’ mużika u animazzjoni madwar it-toroq tal-Belt. Din is-sena, qed jiġu organizzati ukoll street concerts kuljum, b’ismijiet magħrufa bħal Firelight, Red Electrick, Gianni u Claudia Faniello. Bejn il-Ħamis u s-Sibt, il-ħwienet ser jibqgħu miftuħa sad-9 ta’ filgħaxija. Il-programm huwa inkluż ukoll fil-website uffiċjali tal-Festival: www.vallettashoppingfestival.com.

Il-President tal-RSBCA is-sur Paul Fenech, qal li din hija t-tieni edizzjoni tal-Festival. Huwa esprima ssodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-Belt qed terġa` tesperjenza żieda fil-volum ta’ xiri mill-ħwienet.  Is-sur Fenech qal li l-għanijiet tal-Valletta Shopping Festival huma tnejn: l-ewwel, li tippromwovi lill-Belt bħala destinazzjoni ewlenija ta’ shopping f’Malta. It-tieni, dak li tippromwovi l-Belt bħala ċentru ta’ investiment, li qed iżid mal-lista varjata ta’ ditti magħrufa li huma diġa` assoċjati mal-Belt Kapitali. 

More in Socjali