€900,000 f'għajnuna lil NGOs

Il-Ministru Helena Dalli qalet li l-NGOs għandhom ħidma importanti fis-soċetà ċivili

Dalgħodu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qassmet għotjiet finanzjarji lil bosta NGOs.

B’kollox, dawn l-NGOs irċevew bejniethom viċin id-€900,000 liema għajnuna tingħata mill-gvern darbtejn f’sena mill-fond għall-għaqdiet mhux governattivi.

Il-Ministru Helena Dalli rringrazzjat lill-NGOs għall-ħidma importanti li jwettqu b’risq is-soċjetà ċivili.

Hija qalet li l-gvern huwa impenjat li jkompli jagħti l-appoġġ meħtieg lill-għaqdiet mhux governattivi b’mezzi differenti sabiex ikompli jissaħħaħ ix-xogħol li dawn iwettqu fil-komunità.

L-organizzazzjonijijet volontarji li bbenefikaw huwa dawn:

Caritas, Fondazzjoni Aditus, Moviment ta’ Kana, Dar il-Kaptan, Dar Merħba Bik, Dar Osanna Pia, Fondazzjoni Nazareth, Dar Fra Diegu, Inspire, SOS Malta, Fondazzjoni Jean Antide, Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Fondazzjoni Richmond, Dar Jeanne Antide, Malta Autism Centre, MGRM, Mid-Dlam għad-Dawl, Istitut Paola Freire, WAW Support Group, Torball u l-Istitit Kattoliku

More in Socjali