L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Mons. Carmelo Zammit bħala Vigarju Ġudizzjali. Mons. Zammit ser ikun qed jieħu post Mons. Arthur Said Pullicino li offra r-rizenja tiegħu hekk kif għalaq l-età ta’ 80 sena.
Mons. Carmelo Zammit, fl-1998, Mons. Zammit inħatar Kanċillier tal-Arċidjoċesi ta' Malta, u Imħallef fit-Tribunal tat-Tieni Istanza bejn l-1999 u l-2007. Wara, inħatar bħala Assistent tal-Vigarju Ġudizzjali fit-Tribunal Metropolitan tal-Ewwel Istanza.
Huwa jservi wkoll fil-Parroċċa ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, il-Gudja. Fl-1997 ingħata t-titlu ta' Prelat tal-Qdusija Tiegħu, filwaqt li fl-2005 inħatar Kanonku tal-Kapitlu Metropolitan. Fl-2010 ġie elett President tal-Kapitlu Metropolitan u ilu mill-2009 membru tal-Kunsill tal-Fondazzjoni tal-KonKatidral ta' San Ġwann.