Aktar minn 6,000 persuna mhux mill-UE jaħdmu f'Malta

1,128 mill-ħaddiema ġejjin mill-Filippini, filwaqt li 783 huma mis-Serbja

F'Malta hawn 6,027 ħaddiem minn pajjiżi terzi, jiġifieri minn pajjiżi barra mill-EU, kif ukoll 185 oħra mill-pajjiżi EEA/EFTA. Dan skont mistoqsija parlamentari li tressqet ilbieraħ lill-ministru għax-xogħol Evarist Bartolo, mill-MP Nazzjonalista Charlò Bonnici dwar kemm hawn ħaddiema jaħdmu legalment minn pajjiżi terzi.

L-ogħla numru ta' ħaddiema ġej mill-Filippini, b'1,128 ħaddiem jaħdem legalment hawn Malta, segwiti minn 793 ħaddiem mis-Serbja, u 346 ħaddiem miċ-Ċina.

Il-maġġoranza tat-total ta' l-ħaddiema jaħdmu f'setturi tax-xogħol elementari.

Min-naħa l-oħra, mill-185 ħaddiem mill-pajjiżi EEA/EFTA, jiġifieri l-Iżlanda, Norveġja u l-Iżvizzera, l-aktar xogħlijiet komuni huma dawk klerikali.c Mit-total, l-ogħla numru ta' ħaddiema jkunu dawk ġejjin min-Norveġja - 116, segwiti b'62 ġejjin mill-Iżvizzera u 7 mill-Iżlanda.
 

More in Socjali