Ċans biex studenti jesploraw aktar fil-fotografija

It-tieni edizzjoni ta' skopri t-talent tiegħek Snap - A Photographic Venture

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo nieda t-tieni Edizzjoni ta’ Skopri t-Talent Tiegħek  imsejħa ‘Snap – a photographic venture’ dan wara s- suċċess tas- sena li għaddiet  fejn,  l- istudenti wrew il-kreattività tagħhom  fit- tpinġija.

Din is-sena, il- Kunsill tal- Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi din l-inizjattiva fuq il-fotografija. L-iskop huwa li jiġu mħajra l-istudenti sabiex jesploraw il-ħila tagħhom fejn tidħol l-arti tal-fotografija. Din il-kompetizzjoni hi miftuħa għall-istudenti ta’ Form 3 u se jipparteċipaw 2 skejjel sekondarji tal-Istat u 2 skejjel sekondarji tal-Knisja.
 
L- istudenti qed ikunu mitluba jieħdu ritratti tal-pajsaġġ f’ Għawdex jew ritratti ta’ persuni jaħdmu l-artigjanat Għawdxi. Wara, dawn ir- ritratti se jkunu esebiti għall-pubbliku. Il- Kunsill tal- Kultura  Għawdex qed jorganizza bosta attivitajiet fl-arti performattiva, kif ukoll f’ dik viżiva madwar Għawdex.
 
Meta tikkompara kemm  jittellgħu esibizzjonijiet ta’ tpingija ma’ dik tal-fotografija, hemm żbilanċ kbir ,għalhekk qed jitħajjru aktar studenti jersqu lejn din l-arti ta’ fotografija. Il- Ministeru qed jaħdem  sabiex jinħolqu aktar opportunitajiet għat-tfal u ż-żgħażagħ li  għandhom potenzjal kbir x’joffru lill-komunità.
Il-Kunsill tal-Kultura għal Għawdex qed jikkollabora mal-erba’ skejjel Sekondarji kif ukoll mal-Gozo Photographic Association biex itella’ dan il-proġett.

More in Socjali