Għomor il-ħabs għal għaxart irġiel wara l-attakk fuq Malala

Fl-2012, meta kellha 15-il sena kienet sfat attakkata għall-attiviżmu tagħha

Għaxart irġiel ingħataw sentenza ta' għomor il-ħabs fil-Pakistan għall-attakk fuq Malala Yousefzai.

Yousefzai, li kellha 15-il sena dak iż-żmien ġiet attakkata fuq tal-linja hi u sejra l-iskola fi Swat Valley fl-2012 permezz ta' tiri f'rasha. Dan l-attakk kien qajjem għagħa kbir madwar id-dinja kollha.

Is-sena l-oħra hija ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi ta' kemm ħadmet favur id-drittijiet tat-tfal, minkejja li dan kien jpoġġi theddida fuq ħajjitha stess.

Intant l-uffiċjali qed jgħidu li l-għaxart irġiel li magħhom s'issa għad m'hemmx il-moħħ wara l-attakk Ataullah Khan ta' 23 sena, huma parti mit-Taliban tal-Pakistan.

Skont uffiċjal tas-sigurta li tkellem ma' Reuters, il-lista ma tinkludix anqas ir-raġel li tela' fuq tal-linja sabiex jispara lil Malala. Għadu mhux ċar x'akkużi qed jitressqu kontra l-akkużati.

 

More in Socjali