F'Marzu ta' din is-sena kien hemm tnaqqis ta' 1,772 persuna tirreġistra għax-xogħol taħt Parti I u żieda ta' 22 fost dawk li jirreġistraw taħt Parti II. Dan hekk kif in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 5,894 meta mqabbel mal-figura ta' 7,644 li kien hemm fl-istess xahar tas-sena l-oħra.
Parti I tar-Reġistru tirreferi għal dawk li qatt ma ħadmu jew li tkeċċew mix-xogħol minħabba li ma kienx fadal ħtieġa għalihom, u Parti II tirreferi għal dawk li rriżenjaw mix-xogħol preċedenti tagħho, li m'għandhomx id-dokumenti kollha, li tkeċċew jew li tneħħew mill-ewwel parti tar-reġistru.
L-akbar tnaqqis ġie rreġistrat f'dawk li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena, minkejja li kien hemm tnaqqis f'kull grupp, irrispettivament minn kemm kienu ilhom jirreġistraw. Kien hemm ukoll tnaqqis fin-numru ta' persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw - fejn naqsu b'112 minn 420.
L-ogħla numru ta' irġiel li bdew jirreġistraw bdew ifittxu xogħlijiet tas-snajja b'17.3%, filwaqt li l-ogħla numru ta' nisa kienu qed ifittxu xogħol klerikali b'25.6%.