Erbgħin sena wara tmiem il-Gwerra tal-Vietnam

Għalkemm il-gwerra għaddiet, il-konsegwenzi tal-gwerra għadhom jinħassu mal-pajjiż sal-lum il-ġurnata
 

Kien wara snin sħaħ ta' kunflitt li fit-30 t'April 1975 intemmet il-gwerra
Kien wara snin sħaħ ta' kunflitt li fit-30 t'April 1975 intemmet il-gwerra

Il-Vietnam illum qed ifakkar 40 sena mit-tmiem tal-Gwerra tal-Vietnam, permezz ta' parata militari fit-toroq tal-belt Ho Chi Minh. Kien propju fit-30 t'April tal-1975 meta din l-istess belt, li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Saigon, il-belt kapitali tal-Vietnam tan-Nofsinhar, inqabdet mit-truppi komunisti tat-Tramuntana.

Kien biss wara li inqatlu 3 miljun persuna mill-Vietnam, u 58,000 suldat tal-Istati Uniti li ntemmet il-gwerra, meta l-gwerra ntrebħet min-naħa tat-Tramuntana. L-armata tat-Tramuntana faqgħet il-gradi tal-Palazz Presidenzjali - li kien preċiżament l-aħħar attakk fuq il-Vietnam tan-Nofsinhar, li kienet megħjuna min-Nofsinhar. Is-sena ta' wara tlesta imbagħad il-proċess ta' rijunifikazzjoni.

Għalkemm illum wieħed jista' jara riġmenti ta' suldati libsin l-uniformi fuq karrijiet elaborati għaddejjin mit-toroq ta' din il-belt, il-veterani jsostnu li l-feriti ta' din il-gwerra għadhom jinħassu - "Jien ġejt f'din iċ-ċerimonja għaliex irridu nżommu l-istorja ħajja".

Illum il-ġurnata, 40 sena wara, il-Vietnam għadu pajjiż komunist, imma wieħed ma jistax jiċħad li għamel passi kbar, għalkemm bosta jsostnu li l-progress kollu li qed isir politikament għad irid jleħħaq mal-progress ekonomiku.

Din il-gwerra ħalliet impatt fuq l-Istati Uniti wkoll, hekk kif kienet l-ewwel gwerra li ntilfet b'superpoter globali modern.

 

 

More in Socjali