L-Għid, kelma mill-Għarbi ‘Eid’- kelma li bl-Għarbi tfisser ċelebrazzjoni, u għalina l-Maltin tfisser figolli, bajd taċ-ċikkulata, ħaruf, u kull tip ta’ ikel ieħor biex ipatti għall-40 jum ta’ sagrifiċċju li (suppost) ġew qablu. Fid-dinja Kattolika, din il-festa tfisser il-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù Kristu, li skont it-Testment il-Ġdid seħħ tliet ijiem wara li ġie msallab mir-Rumani, c. 30 AD.
L-Għid iġib miegħu tradizzjonijiet tal-ikel u le madwar id-dinja kollha, anke fost dawk mhux Kristjani – donnu kulħadd isibha bi tqila jiċaħħad minn xi biċċa ċikkulata. It-tip ta’ ċelebrazzjonijiet ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, minn reliġjon għall-oħra.
Aqra l-artiklu kollu fil-ħarġa tal-ILLUM