Żieda ta' 14.1% fl-ammont ta' turisti li ġew Malta

L-ammont ta' ljieli li dawn it-turisti qattgħu f'Malta żdied b'6.6%

Bl-ammont ta' turisti li ġew f'Malta matul Frar ilaħħaq l-74,516, ġiet irreġistrata żieda ta' 14.1% meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena ta' qabel.

Kien hemm total ta' 57,603 żjara f'pajjiżna għal raġunijiet ta' vaganza waqt li 8,282 oħra saru għal raġunijiet ta' xogħol.

Skont stħarriġ tal-NSO, l-ammont ta' turisti li ġejjin minn pajjiżi tal-UE żdied bi 22.9%, għal 64,457. L-akbar ammont ta' turisti li ġew Malta kienu ta' bejn 45 u 64 sena. Warajhom kien hemm dawk it-turisti ta' bejn il-25 u 44 sena.

L-ammont ta' ljieli li qattgħu f'Malta żdied b'6.6% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel, li jlaħħqu l-529,340 lejl. 

In-nefqa totali tat-turisti kienet stmata għal madwar €53 miljun, li hija żieda ta' 12.8% fuq l-istess xahar fl-2014.

More in Socjali