Iktar kmieni illum, il-Kumitat għall-Impiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew appova rapport ta' opinjoni dwar tagħmir protettiv personali li hu maħsub biex itejjeb u jżid is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN u r-rapporteur l-grupp tal-EPP, DAvid Casa qal li, "l-inċidenti li jisru fuq il-postijiet tax-xogħol, ġeneralment isiru jew għax it-tagħmir protettiv ma jkunx qed jiġi użat b'mod korrett jew għax sfortunatament, ma jkun qed jiġi użat."
"Dan ir-rapport ikompli mar-rapport prinċipali, li flimkien, eventwalment jekk jiġi approvat se jkun qed joħloq liġi ġdida Ewropea li tkun aktar riġida minn dik ta' qabilha. Din il-liġi ġdida tkun qed tagħmilha ferm iktar faċli biex l-awtoritajiet kompetenti jinfurzaw ir-regoli dwar is-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol."
Il-leġislazzjoni preżenti, mhix ċara biżżejjed u għalhekk, tista' twassal għal miżiniterpretazzjoni, u minħabba f'hekk, l-istess leġislazzjoni ma tkunx qed tiġi applikata kif suppost. Jekk din il-leġislazzjoni ssir aktar ċara, ninsab ċert li jirnexxielna niksbu dak li nixtiequ, li hija sigurtà akbar fuq il-post tax-xogħol.
Rajna li kienet xi ħaġa neċessarja li nisħqu fuq il-bżonn ta' monitoraġġ trasparenti kontinwu tal-implimentazzjoni tar-regolamenti, b'penali għal min ma jimxix magħha.
Se nibqgħu ninfurmaw lill-partijiet involuti li huma bbażati f'Malta, hekk kif din il-leġislazzjoni tkopli miexja fl-aħħar fażijiet tal-proċess leġislattiv," temm jgħid David Casa.