Kors ta' taħriġ speċjalizzat dwar il-ħarsien tal-bijodiversità fl-Università

Il-Ministru Leo Brincat jgħid li Malta huwa l-ewwel pajjiż ‘English Speaking’ fejn qed isir taħriġ speċjalizzat iffinanzjat mill-ACCOBAMS

Malta ħa tkun l-ewwel pajjiż li fih jiġi mitkellem l-ingliż li fih ħa jsir taħriġ speċjalizzat fil-ħarsien tal-bijodiversità fl-Università - taħriġ dwar l-aspetti ekoloġiċi, xjentifiċi, kulturali u anki estetiċi tar-razza cetaceans li tinkludi delfini, baleni u baleni suwed, liema kors ħa jkun iffinanzjat mill-ACCOBAMS (Agreement on the Conservation of Cetaceans in the Black Sea, Mediterranean Sea and contiguous Atlantic area). Dan ħabbru l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat għamel diskors tal-għeluq. Il-Ministru Brincat qal li dawn ilkoll għandhom rwol importanti x’jilagħbu biex iżommu bilanċ ekoloġiku fl-ekosistemi marittimi.

Huwa qal li għalkemm l-għarfien għall-bijodiversità marittima dejjem qed jikber, hemm bżonn ħidma konġunta aktar intensiva minħabba l-kumplessità li jitlob dan it-tip ta’ ambjent partikolari fiċ-ċentru tal-baħar tal-Mediterran.

Il-ko-operattiva ACCOBAMS li hija maħsuba biex tkabbar l-għarfien u tnaqqas it-theddid għal dan is-settur tant importanti ġiet imqawfa permezz ta’ ftehim milħuq ġewwa Monaco fis-sena 1996, li ġie fis- seħħ fis-sena 2000. Dan huwa ftehim legali li  jkopri l-ħarsien fi tliet żoni partikulari – il-Baħar l-Iswed, il-Mediterran kif ukoll il-parti li tmiss mal-Atlantiku.Il-Ministru qal li
 
Sal-lum hemm 23 stat membru msieħeb ma’ dan il-ftehim – inkluż Malta nnifisha kif ukoll pajjiżi oħra li jvarjaw mit-Tuneżija sal-Ukraina fost pajjiżi oħrajn. Malta rratifikat dan il-ftehim fit-23 ta’ Marzu 2001 li ġie fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2001.
 
Il-kors ta’ taħriġ qed isir matul din il-ġimgħa f’Malta f’mod akkreditat mill-Università ta’ Malta bħala study unit fi ħdan il-PLAS – Programm fl-Arti Liberali u Xjenza fejn kull parteċipant se jieħu 4ECTS credits mat-tkomplija ta’ kull unit. Kors simili huwa maħsub li jsir fil-Baħar l-Iswed fil-Ħarifa ta’ din is-sena.
 
 

More in Socjali