Entużjasti tal-fotografija, u tal-fenomeni tan-natura llum kellhom iċ-ċans jassistu għall-ispettaklu tan-natura, hekk kif minn postijiet differenti madwar id-dinja seta' jidher l-eklissi tax-xemx - li tfiet id-dawl għal ftit tal-ħin f'bosta naħat tal-Ewropa, speċjalment tan-naħa ta' fuq.
L-iżjed li kienet evidenti l-eklissi kienet madwar l-10.30am - għalkemm il-kundizzjonijiet tat-temp għamluha ftit aktar diffiċli sabiex ikun viżibbli.
Din l-eklissi hija l-aktar eklissi kompleta li rat l-Ewropa mill-1999.