L-istorja tal-Air Malta hija waħda prestiġjuża - Philip Micallef

Is-CEO tal-Air Malta jitkellem dwar l-isfidi tal-linja tal-ajru nazzjonali waqt business breakfast

Mistennija jinġarru 1.2 miljun passiġġier – f’madwar 160 titjira fil-ġimgħa lejn 51 destinazzjoni dan is-sajf
Mistennija jinġarru 1.2 miljun passiġġier – f’madwar 160 titjira fil-ġimgħa lejn 51 destinazzjoni dan is-sajf

“Qed jsiru sforzi kbar sabiex inkomplu nilħqu l-miri fil-pjan ta’ Ristrutturar. Il-bord tad-diretturi, l-manigment u l-ħaddiema tal-Air Malta qed jaħdmu bla heda sabiex jittrasformaw din il-linja tal-ajru f’waħda profittabli u li tista’ tikkompeti b’suċċess ma’ linji oħra.” Dan qalu ic-CEO tal-Air Malta Philip Micallef waqt id-diskors tiegħu fil-fiera tal-AMITEX. Fl-istess ħin ammetta li dan hu żmien ta’ sfidi, mhux biss għall-Air Malta imma wkoll għall-ekonomija tal-gżejjer Maltin. “Huwa għalhekk vitali li naħdmu qatiegħ sabiex nirnexxu, kemm għall-ġid ta’ din il-kumpanija kif ukoll għal pajjizna.”

Micallef qal li l-Air Malta tista’ titgħallem ħafna minn kumpaniji tal-ajru simili, bħal ma hi s-Cyprus Airways, sabiex din ma jkollhiex l-istess tmiem – hekk kif din tal-aħhar għalqet il-bibien tagħha f’din l-aħħar sena.

Huwa mistenni li minn April sa Ottubru ta’ din is-sena jinġarru 1.2 miljun passiġġier – f’madwar 160 titjiera fil-ġimgħa lejn 51 destinazzjoni. Il-bidliet li saru fl-iskeda tas-sajf saru “sabiex nimmassimizzaw l-opportunitajiet, inkunu aktar efficjenti u nagħmlu t-titjiriet aktar attrajenti kemm għal Maltin kif ukoll għat-turisti li jżuruna” kompla jgħid Micallef. Fost it-tibdiliet hemm żieda fit-titjiriet lejn Amsterdam, Brussell, l-Italja u l-Afrika ta’ Fuq.

Micallef tenna li l-Air Malta hija determinate li tegħleb il-problemi attwali -  “sabiex tkun tista’ tħares lejn futur sabiħ u twil ta’ servizz lill-Gzejjer Maltin.  Ninsab ċert li bl-għajnuna tal-imsieħba nteressati kollha, l-Air Malta tibqa’ sservi ta’ mutur għal pajjizna fis-snin li ġejjin u kulħadd ikun kburi biha.”

More in Socjali