Il-klikek fil-Knisja qed itellfuha milli tiġġedded

Il-Knisja qatt m'għandha tkun ballun politiku

il-kurja mmexxxija minn klikek
il-kurja mmexxxija minn klikek

"Klikka fil-kurja li ilha preżenti madwar 30 sena tista' twaqqaf lill-Arċisqof il-ġdid milli jġedded il-knsija" qal il-Kap tas-segretarjat tal-katekeżi tal-Kurja, Rene Camilleri.

"L-istess nies baqgħu fil-kurja, bħall-amministrazzjoni u t-tribunal wara li l-Arċisqof Cremona kien appuntat Arċisqof. M'inhix niġġudika l-kompetenza tagħhom, iżda kif nippretendu li l-affarijiet jinbidlu meta n-nies li jmexxu l-knisja ma jinbidlux. Il-Kurja trid tinbidel mal-bidla tal-Arċisqof."

Dan id-diskors intqal waqt il-programm 'Reporter' ta' nhar it-Tnejn fejn fih kien diskuss ir-rwol u r-relevanza tal-Knsija fid-dawl tar-riżenja storika ta' L-Arċisqof, aktar kmieni dax-xahar.

Camilleri qal li l-knisja għandha tpoġġi lin-nies l-ewwel, aktar milli d-duttrina fl-aġenda tagħha. Fejn kompla jgħid li hu jammira lil papa Franġisku li waqt is-sinodu tal-Isqfijiet qal l-istess diskors.

"Il-bidla fil-Knsija Maltija imxiet bil-mod wisq, u dan wassal biex ħafna min-nies tilfu l-interess u l-fiduċja," kompla Camilleri, "Sadattant il-Knsija mhux xi club li jinteressaha kemm se żżid membri."

Dun Ġorġ Dalli, kritiku tal-Kurja qal li l-Knisja hi tan-nies l-aktar li għandhom bżonn, bħalma wrew Ġesu u Madre Tereża. "Jekk in-nies tħoss li għandha bżonn lil Ġesu, għandhom isibu l-Knisja tistennihom, u dan is-sinodu wera dan li l-Knisja trid tinżel qrib in-nies.

"Il-Knisja mhix il-klikek li hemm fil-Kurja, iżda n-nies jagħmlu l-Knisja" u hawn Dalli semma il-ħafna saċerdoti li jagħmlu ħafna xogħol u ġid fis-silenzju.

"Hemm ħafna nies li għad għandhom fiduċja fil-Knisja, oħrajn lanqas biss tinteressahom, iżda hemm oħrajn li jinsabu fuq ċint u qed jistennew lil Knisja tilqagħhom." qal l-ex membru Parlamentari Michael Axiaq, "Ħafna min-nies bħal dawk separati li jinsabu f'relazzjonijiet ġodda, jixtiequ li jkunu parti mill-Knisja. vera li l-Knisja għandha r-regoli tagħha iżda trid temfasiżża ċ-ċirkostanzi individwali."

Hawnhekk Asciak qal li l-Knsija għandha tħares lejn l-omosesswali skont il-grad tal-omosesswalita."L-omoseswalita tiġi fi gradi u l-knisja għandha titratta lil dawk li twieldu omosesswali differenti minn dawk li għażli dik il-ħajja huma."

Sadattant l-ex kap tal-kummissjoni ambjentali tal-Knisja, Victor Asciak qal li hu jikkuntenta li jħalli l-futur tal-Knsija f'idejn Alla. Meta kien mistoqsi dwar jekk il-Knisja taċċettax xi darba l-abortion f'każi ta' 'rape', hu qal, "Alla jissorprendina kollha kemm aħna, għalhekk inwieġbek, min jaf?"

L-erba mistiedna kollha qablu li l-Knsija m'għandiex tkun qatt ballun politiku.

"Dak iż-żmien għadda" qal Rene Camilleri.

Victor Asciak tkellem u qal li jħossu inkwetat li ħafna mill-kappillani jużaw il-festi biex jiġbdu in-nies lejn il-Knisja, "Smajt kappillani jgħidu li mnalla hawn il-festi għax kieku ma jirnexxilnix inressqu n-nies lejn il-Knisja. Il-Knisja ma tistax tibqa toqgħod fuq il-festi tar-raħal għax dan qed juri li fil-knisja hemm vojt."

" Il-festi tar-Raħal m'humiex tal-Knisja iżda tal-pjazez, tal-baned u tal-armar," qal Dun Ġorġ Dalli, "l-uniku aspett reliġjuż fihom hu meta l-vara toħroġ minn ġol Knisja."

"Meta nara l-vulgaritajiet fil-festi tar-Raħal iġibuni f'dubju jekk il-Maltin humiex verament reliġjużi, " qal Immanuel Mifsud, "Serjament niddubita jekk il-maltin vera jagħtu każ il-Knisja. Il-maġġoranza tal-Maltin dejjem raw il-Knisja bħala fenomenu kulturali u mhux reliġjuż."

 

More in Socjali