Tifel ta' tmien snin jaqa' minn gallarija f'San Pawl il-Baħar... Fil-periklu tal-mewt

Fuq il-post kien hemm numru ambulanzi u karozzi tal-pulizija hekk kif l-inċident ħoloq kommossjoni fit-triq

Tifel ta' tmien snin waqa' għoli ta gallarija, b'dan is-sit infurmat li jista' jkun illi waqa' madwar tliet sulari mill-gallarija tal-appartament fejn jgħix. L-inċident seħħ ftit qabel l-10:00 a.m fi Triq il-Villeġġjatura f'San Pawl il-Baħar. 

Skont stqarrija tal-pulizija it-tifel sofra minn ġrieħi serji u allura jinsab fil-periklu tal-mewt.

Fuq il-post kien hemm numru ambulanzi u karozzi tal-pulizija hekk kif l-inċident ħoloq kommossjoni fit-triq. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata u ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Politika