Aġġornata | Jitpoġġa messaġġ fl-Imrieħel fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar l-Allied Newspapers

Occupy Justice tgħid min għamel l-istrixxun kellu l-għan li jimmanipula u jidħak bin-nies biex jiddevja l-attenzjoni tal-poplu

Il-messaġġ li tpoġġa fl-Imrieħel quddiem il-binja tal-Allied
Il-messaġġ li tpoġġa fl-Imrieħel quddiem il-binja tal-Allied

Matul il-lejl - kif sar bosta drabi oħra meta ħarġu dettalji ta' allegat korruzzjoni - twaħħal strixxun quddiem il-binja li minnha topera l-Allied Newspapers u allura l-kumpanija li tistampa l-gazzetti The Times.  Dawn il-messaġġi i kienu jaqraw The Times of Mafia. 

Il-kelma mafia ilha tintuża f'diversi protesti ta' Repubblika u Occupy Justice, b'uħud mil-attivisti jallegaw illi Malta hija stat mafjuż.

Occupy Justce iżda sostniet illi dan il-messaġġ ma tpoġġiex minnha, anzi qalet illi min poġġieh ried b'mod manipulattiv jidħak bin-nies.  "Dan sar biex tiġi ddevjata l-attenzjoni u timplika li s-soċjetà ċivili qed iddur kontra Kamra tal-Aħbarijiet li ħarġet ħafna mill-aktar stejjer importanti dwar korruzzjoni impestata li ħonqot lill-istituzzjonijiet.  Hemm organizzazzjoni kriminali waħda biss li tista' tibbenifika minn dan kollu," sostniet l-għaqda. 

It is evident that whoever placed this banner outside the Times of Malta offices wants the public to think that it was...

Posted by Occupy Justice Malta on Saturday, March 27, 2021

L-Allied Newspapers tinsab f'nofs l-aħħar żviluppi fil-Qorti hekk kif l-eks Direttur Maniġerjali Adrian Hillman u l-eks Chairman Vincent Buhagiar qed ikunu akkużati, fost oħrajn, bi frodi u ħasil ta' flus. 

Ilbieraħ fil-Qorti ħarġu dettalji dwar kif Hillman u Buhagiar  - skont Keith Schembri - kienu ressqu l-proposta tal-Kasco għal magni ġodda b'investiment ta' $13-il miljun, li minnhom sar $5 miljun profitt, li inqasam bejn Schembri, Malcolm Scerri, Hillman u Buhagiar.  Intqal li l-flus marru f'kontijiet personali tad-diretturi tal-kumpanija, minkejja li dan kien ftehim bejn il-Kasco u l-Progress Press, mhux ma' individwi.  Apparti minn hekk l-Ispettur Joseph Xerri xehed kif Hillman u Buhagiar daħlu aktar flus fil-kontijiet tagħhom, bil-flus ta' Hillman u Schembri imorru dejjem f'kont offshore biex tiġi evitata t-taxxa. 

L-Ispettur sostna illi tranżazzjoni sempliċi spiċċat f'waħda ikkumplikata ħafna u sejjaħ il-każ bħala wieħed ċar ta' tixħim.

More in Politika