Oliver Scicluna mill-KNPD mistenni jinħatar Deputat Laburista ġdid flok Gavin Gulia

Scicluna mhuwiex marbut ma' partit politiku imma meqjus bħala pijunier fil-qasam hekk kif għal snin kien fit-tmun tal-KNPD

Oliver Scicluna li jmexxi l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni mistenni jieħu post Gavin Gulia fil-Parlament, qed jingħad f'diversi rapporti li qed iduru bħalissa.  Gavin Gulia rriżenja wara li lbieraħ kien elett f'elezzjoni każwali u llum rriżenja ftit wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.   

Minkejja diversi attentati minn dan is-sit ma setax ikun stabbilit kuntatt. 

Scicluna ilu jmexxi l-qasam tad-diżabilità imma fil-fatt qatt ma kien involut direttament fil-politika in ġenerali u lanqas - sa fejn hu magħruf -  fil-Partit Laburista.  Scicluna huwa meqjus bħala pijunier fil-qasam tad-diżabilità u fl-aħħar snin kien ukoll qed jagħti pariri lill-Gvern fuq il-politika tiegħu dwar il-qasam. 

More in Politika